L-attentat tal-Gvern biex aktar kirjiet ikunu ddikjarati permezz ta' rata tat-taxxa mnaqqsa tidher li ħalliet effett. Dan hekk kif jirriżulta li d-dħul tal-Gvern mill-kirjiet privati aktar milli trippla f'temp ta' sentejn biss u dan meta wieħed iqis biss id-dħul iddikjarat f'kirjiet privati minn individwi.
Fl-2014 id-dħul gross minn kirjiet kien ta' €30.6 miljun. Dan żdied b'€17-il miljun f'sena biex tela' għal €47.5 fl-2015 u sussegwentement laħaq it- €92 miljun fl-2016.
Din iż-żieda seħħet fiż-żmien meta il-gvern introduċa miżuri ta' tnaqqis fit-taxxa bi ħlas fuq dħul minn kirja jkun ridott għal 15% final withholding tax.
Din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Clayton Bartolo.