Il-PM Muscat iħabbar elenku ta' miżuri u proposti mmirati għas-settur tal-agrikolatura

IL-PM jgħid li l-gvern se jkun qed iħabbar "bidliet radikali fil-Pitkalija"

Il-PM Joseph Muscat
Il-PM Joseph Muscat

Miżuri ġodda se jitħabbru mill-Gvern fiż-żmien li ġej biex ikun iffaċilitat it-trasferiment tal-art bejn bdiewa li jkunu jaħdmu l-istess art u bdiewa li jkunu għadhom żgħar fl-età. Ħabbar dan il-PM Joseph Muscat dalgħodu li qal ukoll illi se ssir konsultazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Agrikoltura  u l-Awtorità tal-Artijiet.

Muscat, li kien qed jitkellem fit-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Politika Nazzjonali tal-Agrikoltura, qal li l-Gvern se jkun qed iħabbar bidliet radikali fil-Pitkalija fix-xhur li ġejjin u tenna li l-Gvern jinsab kommess li jsir tibdil mill-qiegħ tal-proċess kollu f'dan il-post. 

"L-agrikoltura bħal gastronomija u setturi relatati qed jesperjenzaw qawmien madwar id-dinja u Malta jeħtieġ tippjana u timplimenta t-triq tagħha għas-suċċess," sostna Muscat.

Huwa qal ukoll li l-Gvern se jkollu bħala prijorità l-provvista ta' ilma b'xejn, "partikolarment wara s-suċċess tal-proġett fil-Mellieħa, fejn il-proġett kien imniedi."

Muscat qal li jinsab inkoraġġut bil-fatt li numru ta' studenti qed jagħżlu s-suġġett tan-negozju fl-agrikoltura f'numru ta' skejjel.

 

More in Politika