Wied il-Għomor salvat mill-iżvilupp

L-iżvilupp propost, kien jinkludi l-bini ta’ dar tal-anzjani fost affarijiet oħra

It-Tribunal tal-Awtorità tal-Ippjanar iddeċieda kontra l-iżvilupp propost għal Wied il-Għomor, li jinsab bejn is-Swieqi u San Ġwann.

L-iżvilupp propost, kien jinkludi l-bini ta’ dar tal-anzjani f’barriera li ma għadhiex tintuża.

Il-proġett kien sab ir-reżistenza tal-kunsilli lokali ta’ San Ġwann u s-Swieqi u anke ta’ numru ta’ għaqdiet ambjentali.

Fost oħrajn, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera kien ippropona li dan il-Wied ikun inkluż fil-lista ta’ siti meqjusa ta’ dominju pubbliku.

Fl-2016, il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar kien ivvota b’mod unanimu, kontra dan l-iżvilupp, iżda l-iżviluppaturi kienu appellaw mid-deċiżjoni.

Apparti d-dar tal-anzjani, l-iżviluppatur kien qed jipproponi wkoll ġnien pubbliku, belvedere, apparti gym, ristorant, sala u parkeġġ.

Wied il-Għomor huwa skedat bħala sit ta’ importanza ekoloġika u xjentifika u fl-aħħar snin kien fil-mira ta’ diversi żviluppi proposti.

More in Politika