Matul l-2017 l-ekonomija Maltija kibret b'€917-il miljun

Dan jimmarka żieda ta' 9% fuq il-ġid li nħoloq fl-ekonomija fl-2016...

Stimi proviżorji juru illi fl-2017 il-ġid maħluq fil-pajjiż, jew il-Prodott Domestiku Gross ammonta għal €11-il biljun jew żieda ta' €917 miljun. Dan fisser ukoll tkabbir ta' 9% meta mqabbel mal-2016. F'termini reali l-Prodott Gross Demoestiku żdied b'6.6%. 

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatitsika (NSO) din iż-żieda kienet iġġenerata l-aktar minn attivitajiet amministrattivi u ta' appoġġ, il-bejgħ bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni, sigurtà soċjali, edukazzjoni u saħħa. 

More in Politika