Il-Ministru tat-Turżmu Konrad Mizzi ħabbar illi l-Air Malta se tibda titjiriet diretti bejn Malta u l-Belt Ġermaniża Berlin. Mizzi ħabbar dan meta kien qed jitkellem waqt attività f'Berlin illi fiha pajjiżna u diversi aġenti tal-ivvjaġġar lokali qed juru x'għandhom x'joffru. Il-Ministru Mizzi ħabbar illi t-titjiriet se jkunu qed jitilqu u jaslu pajjiżna kull nhar ta' Erbgħa u kull nhar ta' Ħadd.
Mizzi fakkar fl-importanza tas-suq Ġermaniż u kif 23% tas-suq tat-turiżmu lokali huwa magħmul minn turisti ġejjin minn dan il-pajjiż. Fil-fatt is-suq Ġermaniż, flimkien ma' dak Ingliż u Taljan, ilu għal snin twal wieħed mill-akbar suq turistiku lokali.
Konrad Mizzi wiegħed li l-Gvern preżenti se jkompli jaħdem biex il-prodott Malti jkun aħjar u biex pajjiżna jinvesti aktar, speċjalment f'dak li jirrigwarda avvenimenti u attivitajiet li jittellgħu f'pajjiżna.