Birdlife: 'Il-Gvern qed jissogra li jerġa' jiffaċċja azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea'

Hekk kif għada jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa l-Birdlife twissi....

Hekk kif għada jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa Birdlife Malta sostrniet illi bid-deċiżjoni tiegħu l-Gvern qed ipoġġi l-ispeċi tal-gammiema f'aktar riskju minħabba li, skontha, "din is-sena d-dati tal-istaġun tbiddlu apposta biex jaħbtu mal-eqqel tal-passa tal-Gamiem, minkejja li l-kaċċa għal din l-ispeċi protetta hija soġġetta għal moratorju għat-tieni sena konsekuttiva." 

Il-Birdlife Malta fakkret illi n-numri tal-gammiema qed jinqsu drastikament madwar l-Ewropa kollha. "Konsegwenza ta’ dan, fl-2016 il-Gvern kien daħħal projbizzjoni fuq il-kaċċa għal din ittajra tul ir-rebbiegħa, bl-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa tas-sena l-oħra kien tmexxa għallbidu ta’ Marzu biex tkun evitata l-kaċċa tul il-perjodu meta dan l-għasfur ikun qed ipassi minn fuq il-Gżejjer Maltin."

 Birdlife Malta tħid ukoll illi d-deċiżjoni tal-Gvern dwar id-dati tal-kaċċa din ir-Rebbiegħa "tpoġġi wkoll lill-Gvern Malti f’riskju li jispiċċa għal darba oħra jkollu jiffaċċja azzjonijiet ta’ ksur tal-liġi min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-ftuħ ta’ staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa."

BirdLife Malta diġà kellha laqgħat mal-Kummissjoni fi Brussell u fi tmiem l-istaġun se tkun qed tippreżenta rapport dettaljat lill-Unjoni Ewropea li fih se telenka u tiddokumenta l-illegalitajiet kollha tal-istaġun. 
 
 

More in Politika