Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li t-taxxi jew ħlasijiet li jiġu, fost oħrajn, mit-tpoġġijia ta' mwejjed u siġġijiet fuq il-bankini kif ukoll parti mill-ħlasijiet ta' liċenzji ta' negozji, jibdew imorru għand il-Kunsilli Lokali u dan biex il-Kunsilli jibdew ikollhom mezz ieħor ta' dħul. Din il-proposta hija waħda minn numru li l-PN qed iressaq fir-rigward tal-Kunsilli Lokali.
Id-dokument 'Kunsilli Lokali li jservu lilek aħjar' se jkun preżentat lill-Gvern.
Intant waqt konferenza id-Deputat tal-PN Robert Cutajar saħaq illi hemm tħassib dejjem jikber ta' residenti minħabba r-rata ta' kriminalità, "li hija r-raġuni fgġalfejn il-PN qed jipproponi sistema ta' Pulizija tal-Komunità, fejn f'kull lokalità ikun hemm numru ta' uffiċjali prezenti u fuq xogħolhom 24 siegħa kuljum. Dawn il-Pulizija jkunu dejjem stazzjonati f'din il-lokalità, biex b'hekk ikunu aktar familjari mar-residenti u mal-lokalità nnifisha.