Il-kultura u t-temp l-aktar li jiġbdu turisti lejn Malta fix-xitwa
Fix-xitwa li għaddiet, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra żieda ta’ 17% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew minnu
More in Politika
Fix-xitwa li għaddiet, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra żieda ta’ 17% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew minnu
Fix-xitwa li għaddiet, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ra żieda ta’ 17% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew minnu.
Skont ċifri ppubblikati mill-MIA, matul din ix-xitwa għaddew minnu 1.8 miljun passiġġier.
Stqarrija tispjega kif ix-xtiewi għall-MIA dejjem qed isiru aktar impenjattivi, prinċipalment b’riżultat ta’ ħidma kollaborattiva biex Malta tkun promossa bħala destinazzjoni tul is-sena kollha.
Eżerċizzju li jsir kull xahar fost passiġġieri li ma jkunux qed jivvjaġġax għal finijiet ta’ negozju, żvela kif għall-perjodu bejn Novembru u Frar, il-kultura u t-temp kienu l-aktar żewġ fatturi li attiraw turisti lejun Malta.
97% qalu li Malta laħqet l-aspettattivi tagħhom.
Iż-żieda fin-numru tal-passiġġieri ġiet irreġistrata b’mod parallel ma’ żieda ta’ 16.6% fil-movimenti tal-ajruplani u żieda ta’ 18.1% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.
Min-naħa l-oħra, is-seat load factor (SLF) naqas bi ftit u kien ta’ 77.2% għall-istaġun.
Ir-Renju Unit (+11.6%) u l-Italja (+12.9%), baqgħu l-aktar swieq importanti għall-Ajruport Malti u t-tnejn li huma rreġistraw żieda. Warjhom ġew il-Ġermanja, Franza u l-Belġju
Flimkie, dawn is-swieq, kienu responsabbli għal aktar minn 1.3 miljun moviment tal-passiġġieri mit-traffiku totali tal-ajruport għax-xitwa.
Filwaqt li x-xhur kollha tax-xitwa esperjenzaw tkabbir, Marzu kiber bl-aktar rata mgħaġġla, jiġifieri dik ta’ 22.5%.
Il-vaganzi tal-Għid u t-tnedija ta’ skeda tas-sajf li toffri aktar minn 100 destinazzjoni kienu fatturi importanti.
Issa li bdiet l-iskeda tas-sajf, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta diġà inawgura 12-il rotta ġdida għall-istaġun, u ser ikun qed iniedi aktar rotot f’April.
Dan minstenni jikkontribwixxi għal żieda fin-numru ta’ passiġġieri li jgħaddu mill-ajruport.
Bi tmien check-in desks addizzjonali u Żona tal-Iskrining tas- Sigurtà ġdida l-ajruport huwa ottimist li se jkun qed jopera b’mod aktar effiċjenti.