L-eksspija Russu ma jibqax f'qagħda kritika
Dan il-każ qajjem kwistjoni diplomatika taħraq bejn ir-Renju Unit u r-Russja
More in Politika
Dan il-każ qajjem kwistjoni diplomatika taħraq bejn ir-Renju Unit u r-Russja
L-eksspija Russu, Sergei Skripal ma għadux f’kundizzjoni kritika wara li hu u bintu kienu nstabu mitlufin minn sensihom f’Salisbury fl-4 ta’ Marzu li għadda.
Skont l-investigazzjoni, huma kienu ġew f’kuntatt ma’ kimika li jkun fiha l-fosfru. L-effett tagħha hu li jiġu pparalizzati n-nervituri.
Kelliem għall-isptar, fejn Skripal qed jingħata l-kura, qal li hemm l-eksspija u anke bintu qed jirkupraw b’ritmu mgħaġġel.
Dan il-każ kien qajjem kwistjoni diplomatika sħiħa bejn iż-żewġ pajjiżi, bil-Gvern Ingliż jakkuża lir-Russja bħala l-moħħ wara l-attakk iżda Moska tiċħad u tiddeskrivi l-allegazzjonijiet bħala “tal-waħx.”
L-Istati Uniti wkoll kienu akkużaw lir-Russja, tant li kemm l-Ingilterra u anke l-Amerika kienu keċċew għadd ta’ diplomatiċi Russi minn pajjiżhom, bir-Russja dlonk tagħmel l-istess.
Magħhom ingħaqdu għadd ta' pajjiżi fosthom Malta fejn il-Gvern Malti kien qal li sejjaħ lil Carmel Brincat, l-Ambaxxatur Malti fir-Russja, lura Malta bħala att ta’ solidarjetà mar-Renju Unit.
Dakinhar stess li Maria Efimova kienet tat ruħha f’idejn il-Pulizija Griega, siti tal-aħbarijiet Griegi kienu rrappurtaw li Efimova qed tissemma’ wkoll fil-każ dwar l-ivvalenar ta' Sergei Skripal, allegazzjoni li ma baqgħetx tagħmel ħoss.