It-tielet rebħa għall-Ewroxettiċi fl-Ungerija

Il-partit Ewroxettiku Ungeriż rebaħ kważi nofs il-voti kollha mitfugħa

Il-partit Ewroxettiku tal-Ungerija rebaħ l-elezzjoni b’maġġoranza kbira biex hekk il-Prim Ministru Victor Orban se jkun qed jibda t-tielet leġislatura tiegħu,

Jidher li l-partit ta’ Orban rebaħ maġġoranza komda biex hekk il-partit Fidesz se jżomm iż-żewġ terzi maġġoranza fil-Parlament.

Il-partit Ewroxettiku rebaħ kważi nofs il-voti kollha mitfugħa. Il-Partit Nazzjonalista Ungeriż ġab 20% tal-voti, is-Soċjalisti 12% u l-Ħodor rebħu 7% tal-voti. Il-mexxejja ta' dawn il-partiti rriżenjaw malli ħareġ ir-riżultat.

Fl-ewwel diskors tiegħu, malli ħarġu l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat, Orban qal li din ir-rebħa se tagħti opportunità lill-Ungeriżi biex jiddefendu lilhom infushom u lill-Ungerija.

Fost oħrajn, Orban ibbaża l-kampanja elettorali tiegħu b'argumenti kontra l-immigrazzjoni.

Ir-rabħe ta’ Orban tkompli bil-mewġa ta’ suċċessi li qed jiksbu l-Ewroxettiċi fl-Unjoni Ewropea.

Ix-xahar li għadda, fl-Italja, l-aktar partit li ġab voti kien il-Partiti Ewroxettiku Movimento Cinque Stelle. Il-koalizzjoni li ġabet l-akbar ammont ta’ voti, anke mill-Movimeno Cinque Stelle waħdu, kienet dik ċentru-leminija.

More in Politika