Tifel għadu l-ITU f'qagħda kritika wara l-inċident tal-bieraħ fiż-Żurrieq

41 persuna mill-50 pazjent rrilaxxati mill-Isptar jew il-klinika ta' Raħal Ġdid

Bejn ilbieraħ filgħaxija u llum, 41 persuna ġew irrilaxxati mill-kura li kienu qed jieħdu fl-Isptar Mater Dei jew fil-Klinika ta' Raħal Ġdid (polyclinic). Fi stqarrija Ministerjali, ilejla fil-Parlament, il-Ministru Chris Fearne ħabbar kif id-19-il persuna kollha li ddaħħlu fil-klinika ġew rilaxxati, filwaqt li kienu rilaxxati 24 persuna li ilbieraħ ddaħħlu Mater Dei, 22 minnhom ilbieraħ u tnejn dalgħodu. 

Sfortunatament iżda għad hemm tliet'itfal qed jieħdu l-kura, b'wieħed minnhom ikun saħansitra f'qagħda kritika. Erba' għadhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

L-inċident li seħħ ilbieraħ ħasad lill-pajjiż hekk kif huwa fost l-ikbar u l-agħar li qatt seħħew f'pajjiżna fl-aħħar snin. B'kollox iddaħħlu 50 persuna l-isptar u tnejn saħansitra tilfu ħajjithom. 

More in Politika