L-MUT tgħid li l-Junior College 'tħassar' mill-Att dwar l-Università

Il-Presidne ttal-MUT Marco Bonnici jwissi li l-MUT mhux se taċetta dan u lesta tieħu azzjonijiet

Il-binja tal-Junior College
Il-binja tal-Junior College

Il-Junior College ma baqax jissemma fl-Att dwar l-Università ppreżentat il-ġimgħa l-oħra. Dan żvelah il-President tal-Malta Union of Teachers (MUT) Marco Bonnici ilejla fuq il-programm 'Iswed fuq l-Abjad' fuq l-istazzjon NET. 

Bonnici żvela kif fil-fatt, oriġinarjament, fl-abbozz kien hemm sentenza waħda dwar dan il-kulleġġ biex fl-aħħar abbozz, anke din ir-referenza tneħħiet, 

Bonnici għamilha ċara li l-MUT mhux se taċċetta li jiġri dan "għax mhux aċċettabbli li l-Junior College li ilu parti mill-Università tant li huwa bħal estensjoni tiegħu jitneħħa mill-Att dwar l-Università. M'aħna se naċċettaw qatt dan." 

Bonnici żvela kif nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa mal-Ministeru dwar dan u sussegwentement, jekk jibqa' ma jintlaħaqx qbil, l-MUT lesta tieħu azzjoni.

More in Politika