L-avukat tal-VGH ma jidher imkien...kawża posposta

Il-kawża ta' Adrian Delia biex jaqa' l-kuntratt ma' VGH u allura ma' Steward Healthcare ukoll, pospota għax-xahar id-dieħel

Il-kawża li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-konfront tal-Vitals Global Healthcare (VGH) u allura biex il-kuntratt ikun ikkanċellat u l-isptarijiet ikunu rritornati lill-pubbliku, kellha tkun posposta hekk kif l-avukat tal-VGH ma dehrx quddiem il-Qorti dalgħodu.

L-Avukat David Meli ma deherx anke jekk kien jaf bid-data minn ġimgħat ilu, intqal lill-Qorti. 

Il-Maġistrat Silvio Meli ppospona l-każ għax-xahar id-dieħel.

More in Politika