Katavru ta' mara jinstab f'Marsaxlokk

....ittella' mill-baħar mill-Forzi Armati iktar kmieni dalgħodu 

Illum, għall-ħabta tad-08:50 a.m.  il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ katavru fil-baħar, fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Munxar, Marsaxlokk. Il-katavru, li huwa ta’ mara u għadu ma ġiex identifikat, ittella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta u ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.   

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LL.D, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Politika