Hekk kif illejla l-parlament qed jiddiskuti l-liġi ġdida tal-IVF, il-membru parlamentari tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia saħaq f'kummenti mal-ILLUM illi "kieku l-Gvern ried veru jgħin lill-koppji u l-familji kien jara li jagħti l-mediċina b’xejn lill-koppji li jgħaddu miċ-ċiklu tal-IVF.
Farrugia spjega ma' dan is-sit li għalkemm il-proċess tal-IVF huwa b'xejn, pazjent li jgħaddi minn dan it-trattament attwalment irid iħallas mat-€2,000-3,000 għall-kull ċiklu.
Id-diskussjoni dwar dawn l-emendi suppost kellha tkompli nhar it-tlieta li għadda li, però din kienet ġiet posposta wara allegazzjonijiet ġodda fil-konfront tal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona żvelati minn ġurnalisti internazzjonali. Intant nhar il-Ħadd ili għadda, eluf ta' nies ingħaqdu ġewwa il-Belt Valletta biex jipprotestaw l-emendi ppjanata għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.
Segwi l-intervista sħiħa ma' Godfrey Farrugia nhar il-Ħadd ili ġej fuq il-gazzetta ILLUM.