Jason Micallef, bħala Ċermen tal-Valletta 2018, qed jiffaċċja bojkott mill-organizzaturi tat-tieni Belt Kapiltali tal-Kultura tal-Ewropa. F'messaġġ fuq is-sit tagħhom Leeuwarden-Fryslân 2018 Foundation (LF2018) iddeċidiet li ma tibgħatx rappreżentant uffiċjali l-Belt Valletta għalissa "sakemm l-organizzazzjoni tal-Valletta 2018 ma jżommux id-distanza mit-ton li jweġġa illi qed jużaw xi wħud."
Iktar minn hekk LF2018 mhux se tkun qed tibgħat stediniet lil Valletta 2018 għalissa hekk kif qalet illi tħoss li l-valuri tal-Belt Kapitali tal-kultura huma "taħt pressjoni mir-rappreżentanti tal-V18 minħabba l-mod kif l-oganizazzjoni qed timmanifesta ruħha fil-midja soċjali."