'Adrian Delia kompliċi' - Zammit Lewis

Randolph De Battista qal li l-attakki fuq il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, biex jevitaw investigazzjonijiet dwar il-ħniżrijiet li għamlu biex jaħarbu minnha, ma kienu xejn għajr attakki vojta

Edward Zammit Lewis u Randolph Debattista
Edward Zammit Lewis u Randolph Debattista

Adrian Delia kien kompliċi f’tattika maħsuba  biex twaqqaf investigazzjoni dwar ksur sfaċċat tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti.

Qal dan id-deputat Laburista, Edward Zammit Lewis, meta kien qed jirreaġixxi għal sentenza li ngħatat dalgħodu fejn il-Qorti  Kostituzzjonali remiet ‘ barra kawża li beda Simon Busuttil bħala mexxej tal-Partit Nazzjonalista.

Kawża mibdiha wara li l-każ tal-invoices foloz kien se jibda jkun mistħarreġ.

Id-Deputat Zammit Lewis spjega li Delia seta’ rtira l-kawża li beda Simon Busuttil. Iżda, hu għażel li jżommha.  

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, qal li din kienet sentenza li kkonfermat li l-attakki li Simon Busuttil u l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista għamlu fuq il-Kummissjoni Elettorali kienu inġusti. De Battista qal li l-attakki fuq il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, biex jevitaw investigazzjonijiet dwar il-ħniżrijiet li għamlu biex jaħarbu minnha, ma kienu xejn għajr attakki vojta ta’ min jemmen fil-governanza sakemm ma tolqotx lilu. 

Fakkar kif dak li l-PN irid jevita investigazzjoni dwaru huwa skandlu fejn kienu qed jidħlu flus għand il-PN biex jitħallsu pagi kontra l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Każ li sar magħruf għax Simon Busuttil, l-iktar politiku magħruf għan-nuqqas ta’ ġudizzju tiegħu, fetaħ attakk fuq min kien qed iħallaslu n-nies li jaħdmu għalih.

 

More in Politika