Aġġornata | Żvolta fil-qtil ta' Daphne; l-investigazzjoni ma tinvolvix lil Malta biss

Il-Kap tal-Europol jindika li l-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia hija kumplessa u tinvolvi pajjiżi oħrajn fl-UE

Daphne Caruana Galizia
Daphne Caruana Galizia

L-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia tieħu żvolta mill-aktar interessanti ilejla hekk kif il-Kap tal-Europol Rob Wainwright indika li il-qtil tagħha jinvolvi, mhux biss lil pajjiżna, iżda "numru ta' stati membri tal-UE." 

 F'ittra li bagħat lill-MEP Ana Gomes, Wainwright ddeskriva l-investigazzjoni bħala waħda kumplessa. 

Gomes minn naħa tagħha, iddeskriviet l-ittra ta' Wainwright bħala 'serja ħafna.'

Wainwright ma tantx kellu xi ħafna tifħir għall-awtoritajiet Maltin hekk kif iddeskriva l-kooperazzjoni li sab bħala waħda li mhix ottima. Hu għamilha ċara wkoll li l-Europol ma kellha l-ebda mod kif tivverifika b'mod independenti fhiex waslu l-investigazzjonijiet u jkollha toqgħod fuq informazzjoni li ngħatalha minn Malta. 

It-Times of Malta kkwotat lil Gomes tgħid li din l-ittra hija serja ħafna u tikkonferma li "l-Europol kienet involuta b'limitazzjonijiet, u hawn qed niffaċċjaw gvern li ovvjament qed jostakola l-investigazzjoni."  (it confirms that Europol has been involved with limitations, and here we are facing a government that has obviously been stalling investigations)

Il-Europol, flimkien mal-FBI ssejħu pajjiżna biex jgħinu fl-investigazzjoni tal-qtil tal-ġurnalista u blogger li nqatlet fis-16 ta' Ottubru tas-sena l-oħra b'karozza bomba, ftit wara li kienet telqet mid-dar fil-Bidnija. 

S'issa kienu arrestati tlieta minn nies b'konnessjoni mal-qtil tagħha. 

Intant il-Korp tal-Pulizija f'Ma,ktra talab kjarifika urġenti u esprimiet is-sorpriża tagħha hekl kif il-Pulizija fl-ebda ħin ma kienu infurmati dwar il-bżonn ta' titjib fl-investigazzjoni. Il-Pulizija talbet li jkun kjarifikat eżatt Wainright x'ried jgħid b'din is-sentenza. 

More in Politika