Evarist għal President? ‘Spekulazzjoni mhux fatti’ jwieġeb Bartolo

Mal-illum.com.mt il-Ministru Evarist Bartolo jsejjaħ 'spekulazzjonijiet tipiċi' li hu jista' jkun fost il-favoriti biex jinħatar President Tar-Repubblika fl-2019

Minkejja li sorsi qrib il-Partit Laburista qalu lil din il-gazzetta illi l-Ministru tal-Edukazzjoni huwa wieħed mill-favoriti għall-kariga ta’ President tar-Repubblika, ladarba din il-kariga tkun vakanti s-sena d-dieħla mal-ILLUM

Bartolo sejjaħ dawn bħala ‘spekulazzjonijiet tipiċi.’

L-ILLUM staqsiet lil Bartolo jekk jikkonfermax l-informazzjoni li waslet għand l-ILLUM, jekk fil-fatt il-PM Muscat tkellimx miegħu u finalment jekk ikun offrut din il-kariga jaċċettahiex.

Bartolo għażel li ma jweġibx dawn il-mistoqsijiet għalkemm għamilha ċara li din hija spekulazzjoni. “Min jaf kemm smajt bi spekulazzjonijiet dwari nnifsi fil-politika l-aħħar 26 sena kemm ilni fil-Parlament u allaħares qgħadt inwieġeb għalihom għax sfumaw fix-xejn. Nippreferi nwieġeb fuq il-fatti,” qal Bartolo.

Sa ftit xhur ilu kien qed jissemma’ l-eks Ministru George Vella bħala l-favorit għal din l-ogħla kariga kostituzzjonali, iżda jidher li dan ma tantx huwa entużjast għal din il-possibilità. Vella kellu kliem iebes ħafna għall-emendi fil-Liġi tal-IVF tant li sejjaħ il-bidliet proposti bħala parodija tal-etika, moralità u dinjità umana.  

More in Politika