F'intervent li għamel fuq l-istazzjon tal-PN l-eks PM Lawrence Gonzi insista li dak li fired lill-pajjiż fit-triq biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, illum tgħaqqadna. Dan qalu hekk kif illum jaħbat l-14-il sena anniversarju minn meta Malta ssieħbet fl-UE.
Gonzi fakkar illi pajjiżna baqa' miexi 'l quddiem minn meta sar membru tal-UE għax kellu fama tajba, biex imbagħad wissa li llum hija din il-fama li tinsab fil-periklu.
L-eks PM staqsa jekk il-pajjiż nesiex il-proġetti kollha li saru minn fondi tal-UE. "Ma' kull kantiniera u għaxar passi tara u tmiss b’idejk proġetti li taw futur lill-uliedna...Insejna kemm investejna fil-baħar, biex ikollna baħar nadif, permezz ta’ proġetti ta’ drenaġġ? Insejna l-proġetti u restawr li saru fil-Belt Valletta? Insejna l-investiment fl-Università?...dawn kollha mertu ta’ flus mill-UE," fakkar Lawrence Gonzi.
Illum Malta tiċċelebra l-14-il sena minn meta saret membru tal-Unjoni Ewropea. Dak iż-żmien kien il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami li kkampanja biex Malta ssir membru tal-UE u l-Malta Labour Party immexxi minn Alfred Sant li kien kontra.
Minn dakinhar Malta kellha l-Presidenza tal-UE, bil-PM Joseph Muscat ikun fit-tmun tal-pajjiż. Muscat innifsu kien MEP hekk kif kien ukoll l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil.