Tal-PD għajruha qaħba tar-raħal...ftit ilu talbu skuża

Battibekki bejn il-PL u l-PD fuq messaġġ li tħalla fuq il-paġna ta' FB tal-PD...

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia
Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia

Id-Deputata u Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli jgħid il-PL 'kienet l-ewwel mgħajra pulċinella' mid-Deputat Laburista Godfrey Farrugia fil-Parlament  imbagħad fuq il-paġna tal-Partit Demokratiku l-amministratur tal-istess paġna tella' messaġġ li jgħid illi  “when village escorts become MPs, you know the country is in the pits" (meta qħab/escorts tar-raħal isiru Deputati Deputati, tkun taf li l-pajjiż jinsab fil-qiegħ." 

Iż-żewġ Deputati tal-Partit Demokratiku (PD) iċċaraw li huma fl-ebda ħin ma' għajjru lil Farrugia Portelli 'qaħba tar-raħal' kif qed jipprova jagħti l-impressjoni l-Partit Laburista. Fi stqarrija tal-PD intqal li għalkemm dan il-messaġġ tniżżel wara 15-il minuta u l-persuna ma kellha ebda awtorizzazzjoni mill-partit biex ittella' tali messaġġ, "dan it-tip ta' kliem ma missux ittella' fl-ewwel lok." 

Il-PD qal li ħareġ ċanfira kontra l-persuna in kwistjoni u din talbet skuża. Intant il-PD ħabbar li waqqaf Kumitat biex jeżamina l-każ f'aktar dettall u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-futur."

Il-PL intant sostna illi "bit-tgħajjir lejn deputat parlamentari bħala “qaħba tar-raħal” Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia niżlu fl-iktar livelli baxxi tal-politika. Jinsultaw lin-nisa u lil kull min ġej minn xi raħal. Din hi politika sessista u elitista li m’għadx hawn postha f’soċjetà moderna li trid tinkludi iktar nisa fil-politika u mhux tnaffarhom b’aġir bħal dan."

"L-inqas li jistgħu jagħmlu Godfrey u Marlene Farrugia hu li jitolbu skuża. Għalkemm dak li għamlu wera tassew fhix jemmnu u x’politika jħaddnu," sostna l-PL

Fil-fatt il-PD, ftit tal-ħin ilu talab skuża għall-lingwaġġ li uża fil-konfront ta' Portelli.

Dan kollu inqala' waqt li Farrugia kienet qed titkellem favur l-emendi tal-Gvern dwar il-Liġi tal-IVF. 

More in Politika