Gaffarena jingħata l-permess biex jibni f'ODZ

It-Tribunal tal-Appelli biddel id-deċiżjoni li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fl-2014

It-Tribunal tal-Appelli biddel id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li ma kinitx tat permess lil Marco Gaffarena biex jibni għadd ta’ mħażen fuq medda art ODZ f’Ħal Kirkop.

Għalkemm fil-pjan lokali din l-art ta’ 2,800 metru kwadru hija deskritta bħala art agrikola, l-argument ta’ Gaffarena kien li l-istess żona hija mdawra bi żviluppi simili li ngħataw il-permess.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal saħaq li s-sit jinkludi barriera u ftit li xejn hemm art agrikola. Semma wkoll żewġ permessi simili li ngħataw fil-viċin.

Minkejja dan, it-Tribunal insista li l-għoli tal-imħażen ma jistax jaqbeż il-livell tat-triq.

Gaffarena kien ippjana li jibni 33 maħżen b’żewġ sulari kull wieħed ‘il fuq mil-livell tat-triq.

Is-soqfa tal-imħażen għandhom jintużaw bħala parkeġġ u se tkun l-Awtorità tal-Ippjanar li issa tiddeċiedi dwar id-disinn il-ġdid li se jkollu jagħmel Gaffarena.

More in Politika