L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) se tkun qed tappella d-deċiżjonijiet li ħa l-Envrionment and Planning Review Tribunal ilbieraħ quddiem il-Qorti tal-Appella. Il-PA fetħet l-appġell kontra avviz ta' infurzar kontra l-eks sidien tal-Mistra Holiday Complex, ix-Xemxija, kontra l-eks sidien tal-Jerma u ir-rifjut ta' żvilupp turistiku f'Ħondoq ir-Rummien u żvilupp ta' warehouses fuq art ODZ
L-avviż tal-infurzar fix-Xemxija u Marsaskala kienet biex dawn is-sidien jirranġaw huyma bi spejjeż tagħhom is-sitwazzjoni ta' bini li jinsab mitluq, abbandunat u qed jaqa'.
Il-PA fakkret illi fl-2016 il-Bord tal-ippjanar kien b'mod unanimu vvota kontra l-permess ta' bini ta' villaġġ turistiku għax dan imur kontra il-viżjoni ta' Għawdex bħala gżira ekoloġika.