L-aġenzija Jobs Plus tinsab f'negozjati ma' pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea biex jinġiebu aktar ħaddiema barranin u dan biex jaqdu id-domanda qawwija ta' ħaddiema f'setturi diversi. Dan żvelah Clyde Caruana l-Kap Eżekuttiv ta' din l-aġenzija li żvela kif bħalissa għaddejjin negozjati "biex tkun iffaċilitata l-provvista ta' ħaddiema barranin."
F'kummenti mal-gazzetta it-Torċa, Caruana sostna illi hija r-resposabilità tal-pajjiż fejn l-immigrant jirfes l-ewwel, li jagħti kull tip ta' protezzjoni, jiġifieri fil-każ ta' dawk ġejjin mill-Italja, r-responsabilità tkun tal-Italja jekk dak ikun l-ewwel pajjiż li marru fih. "Minkejja li l-persuna għandha d-dritt ta' moviment fl-Unjoni Ewrpopea din ma jkollhiex id-dritt li taħdem għajr fil-pajjiż li jkun qed jiggarantixxi protezzjoni. Għaldaqstant dawn il-persuni qatt ma jistgħu jingħataw xogħol f'pajjiżna." Caruana jinsisti li jekk hemm immigranti li qed jitħaddmu minkejja li m'għandhomx dritt li jagħmlu dan, tkun qed tinkiser il-liġi u l-impjegatur ikun mressaq il-Qorti."
Dawn il-kummenti jiġu wara illi nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat il-konklużjonijiet ta' stħarriġ tal-Kumissjoni Ewropea li jagħti stampa tal-attitudni tal-Maltin u l-Għawdxin lejn l-immigranti fuq il-post tax-xogol u fil-ħajja soċjali kif ukoll x'jaħsbu li huma l-aktra ingredjenti importanti biex l-intergrazzjoni tkun suċċess.
Aqra wkoll l-Editorjal tal-gazzetta ILLUM dwar is-suġġett tal-immigrazzjoni.