James Piscopo; Minn Transport Malta għall-Lands

....James Piscopo qed jissemma bħala l-persuna li se tmexxi l-Awtorità tal-Artijiet

Fin-nofs; James Piscopo. Mit-trasport għall-Lands.
Fin-nofs; James Piscopo. Mit-trasport għall-Lands.

Se jkun James Piscopo li jmexxi l-Awtorità tal-Artijiet, pożizzjoni meqjusa bħala diffiċli f'awtorita li kienet fiċ-ċentru ta' diversi ilmenti u saħansitra skandli. Dan kien żvelat dalgħodu fil-gazzetta oħt Maltatoday.

Piscopo huwa persuna meqjusa qrib ħafna tal-PM Joseph Muscat, tant li fl-2009 kien appuntat Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, pożizzjoni illum okkupata minn Randolph Debattista. Wara l-elezzjoni tal-2013, Piscopo inħatar Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta. 

L-Awtorità tal-Artijiet hija l-frott tal-iskandlu li kienu jitratta l-esproprijazzjoni ta' proprjetà fi Triq Zekka lil Gaffarena, xi ħaġa li qajmet diskussjoni qawwija hekk kif Gaffarena spiċċa mar b'aktar minn €1 miljun minn fuq pemezz ta' tali esproprijazzjoni ta' ass pubbliku. Il-Qorti kienet iddikjarat tali esproprijazzjoni bħala nulla f'każ miftuħ mill-PM Muscat, filwaqt li Michael Falzon kellu jirreżenja minn Segretarju Parlamentari. 

Il-Lands kienet mdaħħla f'diversi kwistjonijiet oħrajn fosthom esprorijazzjoni oħra fix-Xemxija fiż-żona magħrufa bħala tal-Fekruna, kif ukoll ħarġu diversi stejjer fosthom fuq il-gazzetta ILLUM dwar ħlasijiet ta' esproprijazzjoni li qatt ma kienu saru lil persuni privati.  

More in Politika