Il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew għadu kif waqqaf grupp li se jkun qiegħed jevalwa is-saltna tad-dritt f'pajjiżi differenti (ROLMG). Dan se jkun immexxi minn l-MEP Olandiża Sophia in't Veld u kif tgħid stqarrija tal-Parlament Ewropew (PE) se jkunu qed jibnu fuq żewġ delegazzjonijiet li ġew Malta u l-iSlovakkja wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u Jan Kuciak.
Il-Parlament Ewropew esprima it-tħassib f'dak li sejjaħ "nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni tal-qtil taż-żewġ ġurnalisti, diversi allegazzjonijiet ta' fastidju u intimidazzjoni fuq ġurnalisti u allegazzjonijiet persistenti ta' korruzzjoni u frodi."
Il-mandat ta' dan il-grupp huwa sal-31 ta' Diċembru, bil-possibilità ta' aktar laqgħat u delegazzjonijiet.
Apparti int'Veld u Metsola se jkun hemm ukoll Josef Weidenholzer (S&D, AT), Judith Sargentini (Greens, NL) u Laura Ferrara (EFDD, IT).
Ara hawn x'qalet Int'Veld dwar l-iskema taċ-ċittadinanza li tħaddem Malta, fost pajjiżi oħrajn.