Il-Parlament Ewropew għandu jiċkien għal 705 Membri Parlamentari Ewropej (MEP),mis-751 attwali, hekk kif ir-Renju Unit jitlaq l-UE, biex b’hekk ikun hemm siġġijiet għall-pajjiżi li jistgħu dalwaqt jissieħbu mal-UE.
Minbarra t-tnaqqis fid-daqs tal-Parlament Ewropew, distribuzzjoni ġdida tas-siġġijiet ġiet proposta wkoll fit-test adottat mill-plenarja l-Erbgħa. Din id-distribuzzjoni ġdida għandha tqiegħed f’riżerva 46 mit-73 siġġu tar-Renju Unit wara li dawn jkunu liberati b’riżultat tal-Brexit.
Xi wħud jew it-totalità tas-46 siġġu fir-riżerva jistgħu imbagħad jingħataw lill-pajjiżi l-ġodda li jissieħbu mal-UE fil-futur jew sempliċiment jibqgħu vakanti biex tiċkien l-istituzzjoni. Is-27 siġġu l-oħra jitqassmu fost 14-il stat membru li attwalment mhux irrapreżentati biżżejjed. Malta m’hiex fost il-pajjiżi individwati għal iktar siġġijiet.