Salvini jwissi: Ma jridx 'merkanzija umana' fl-Italja

....f'messaġġ fuq Facebook Salvini jgħid lill-NGOs biex iħabbtu bieb ieħor u jagħmilha ċara li l-Italja mhux se taċċetta immigranti

Matteo Salvini
Matteo Salvini

Ftit tal-ħin ilu l-Ministru tal-Intern Matteo Salvini reġa wissa illi dgħajsa oħra se tkun qed titlaq mill-kosta Libjana u li pajjiżu mhux se jittolera merkanzija umana f’portijiet Taljani. 

“Waqt li l-Aquarius sejra lejn Spanja, żewġ għaqdiet non governattivi (NGOs) Olandiżi qed joperaw żewġ vapuri (‘Lifeline u ‘Seefuchs’) li waslu mal-kosta Libjana u qed jistennew lill-merkanzija umana, sakemm jabbandunawhom t-traffikanti. Dawn in-nies,” sostna Salvini “għandhom ikunu jafu li l-Italja daqshekk se tkun parti minn dan in-negozju klandestin tal-immigrazzjoni u se jkollhom ifittxu portijiet oħrajn fejn imorru.”

“Bħala Ministru u bħala missier, qed nieħu din l-azzjoni għall-benefiċċju ta’ kulħadd.”

Din is-sitwazzjoni mistennija tikkumplika l-affarijiet aktar bejn Malta u l-Italja li nhar it-Tnejn kienu prattikament f’battalja ta’ kliem b’Malta tirrifjuta li tieħu l-immigranti hekk kif l-eqreb port sigur kien fil-fatt fl-Italja. L-Italja u speċjalment il-Ministru tal-Intern Salvini ,m’aċċettawx id-dgħajsa Aquarius fl-Italja b’600 immigrant jibqgħu bejn sema u ilma. Dan sakemm daħal għall-immigranti l-Gvern Spanjol.

Il-messaġġ ta' Salvini fuq Facebook
Il-messaġġ ta' Salvini fuq Facebook

More in Politika