IL-PM Muscat jiltaqa' ma' Simon Schembri u jitolbu jibqa' fil-Korp

Il-Kuntistabbli Schembri u familtu jirringrazzjaw lill-Gvern tal-assistenza

Il-PM Muscat jiltaqa' mal-PC Schembri
Il-PM Muscat jiltaqa' mal-PC Schembri

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum iltaqa’ mal-Kuntistabbli Simon Schembri u l-familja tiegħu.

Is-Sur Schembri u l-familja tiegħu rringrazzjaw lill-Gvern għall-assistenza kollha li qed jingħataw, fosthom permezz tal-kura medika, il-protesi avvanzata li se ssirlu u mezzi oħra. Il-Prim Ministru talab lil Simon Schembri biex jikkunsidra li, jekk ikun jista’, jibqa’ fil-Korp tal-Pulizija biex ikompli jservi ta’ ispirazzjoni għal membri u għal pubbliku.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia, il-Kummissarju Lawrence Cutajar u s-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney.

More in Politika