Malta evakwat persuna mill-MV Lifeline, il-bastiment li jinsab bejn sema u ilma bl-immigranti fuqu li l-Italja mhux se taċċetta fil-portijiet tagħha. Il-Gvern Malti forna lil dawk fuq il-bastiment b'ammont ta' affarijiet li l-immigranti se jkollhom bżonn, minkejja li Malta m'għandha l-ebda obbligazzjoni li tagħmel dan.
Hekk sostna il-PM Joseph Muscat f'intervista fuq ir-Radju ONE li se tixxandar għada.
Muscat qal illi minkejja il-fatt li l-bastiment jinsab fiż-żona Maltija ta' salvataġġ, Malta m'għandha l-ebda obbligazzjoni lejn din id-dgħajsa.
Il-Forzi Armati ta' Malta qed jevakwaw lil persuna li għandha bżonn l-għajnuna medika.