Jidher illi l-inkjesta Maġisterjali ġiet tiswina madwar €3 miljuni. Dan il-punt tqajjem mill-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan waqt programm fuq l-istazzjon ONE li kien qed jiddiskuti l-każ dwar Egrant Inc u l-konklużjonijiet tal-inkjesta fl-allegazzjoni illi din hija proprjetà ta' Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, li kien ħdejn Balzan waqt il-programm, deher jikkonferma l-istqarrija ta' Balzan.
Dan is-sit huwa infurmat ukoll li d-Deputat Laburista Clayton Bartolo diġa poġġa din il-mistoqsija quddiem il-Parlament biex titwieġeb mill-Ministru Owen Bonnici. Hu staqsa għal aktar dettalji dwar din in-nefqa.