Marlene Farrugia tgħid li Delia aġixxa qisu l-'poodle' tal-Prim Ministru

Tgħid li isem Joseph Muscat jitnaddaf "meta nkunu nafu ta' min hija Egrant"

Marlene Farrugia flimkien ma' Ann Fenech fis-sala tal-għadd tal-voti  | ritratt: James Bianchi
Marlene Farrugia flimkien ma' Ann Fenech fis-sala tal-għadd tal-voti | ritratt: James Bianchi

F'konferenza tal-aħbarijiet id-Deputata tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia sostniet illi  isem il-Prim Ministru Joseph Muscat jista' verament ikun "imnaddaf meta nkunu nafu verament ta' min hija Egrant u meta hu jneħħi lil dawk in-nies li malli tela' Gvern Laburista fetħu kontijiet fil-Panama."

Hija kienet qed tirreaġixxi għar-rapport tal-inkesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja, fil-każ ta' Egrant u l-allegazzjoni illi din il-kumpanija fil-Panama kienet ta' Michelle Muscat.

"Aħna nemmnu li pajjiżna jixraqlu li jkun normali...." qalet Farrugia li kompliet tispjega kif Muscat huwa l-PM li taħtu saru kuntratti bħal dak tal-Electorgas u l-kuntratt "oxxen" tal-Enemalta u l-użu tas-Socar bħala intermedjajrju biex jinxtara l-gass għall-Power Station. 

"Muscat ma ġiex inkriminat, imma bin-nuqqas ta' azzjoni fil-ħin, Muscat weġġa lill-pajjizna," sostniet Farrugia, "u r-riperkussjonijiet qed inbatuhom aħna u ta' warajna."

Hija allegat illi l-PN u l-PL jinsabu id f'id "u qablu li l-azzjonijiet tagħhom m'għandhomx ikunu skrutinati u min jiskrutinja għandu jitkeċċa. U min jagħmel l-azzjoni, bħall-PM li minflok ra l-interess tal-pajjiż ra l-interess ta' sħabu, ngħolluh."

Farrugia qalet li l-affarijiet huma ċari, f'liema punt sostniet li Delia aġixxa qisu ,"l-poodle" ta' Joseph Muscat. 

More in Politika