Dan is-sit jista jikkonferma li l-eks Rappreżentant ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u wieħed mill-persunaġġi ċentrali fi gvernijiet Nazzjonalisti differenti, Richard Cachia Caruana ddaħħal l-Isptar wara kumplikazzjonijiet f'qalbu.
Sorsi infurmati sew spjegaw kif Cachia Caruana għadda minn proċedura maġġuri ta' triple bypass.
Richard Cachia Caruana, kien uffiċjal prominenti tal-Partit Nazzjonalista għal żmien twil u kien in-negozjatur ewlieni fil-proċessi biex Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea.
Cachia Caruana kien l-ewwel Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u kien ukoll Chief of Staff għall-Prim Ministri Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi.
Dan is-sit jinsab infurmat li fl-aħħar sigħat il-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar.