Ma fhimtx eżatt x'qalu l-konklużjonijiet tal-Maġistrat Aaron Bugeja? Trid tkun taf kif Daphne Caruana Galizia u Maria Efimova ma qablux fix-xhieda tagħhom? U x'ġara eżatt b'dik il-bagalija?
Il-gazzetta ILLUM hija kważi kollha, iddedikata għall-inkjesta Egrant b'ħames paġni ta' analiżi; analiżi tal-konklużjonijiet tal-inkjesta u analiżi ta' kif il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta se jaffetwaw il-futur politiku ta' Marlene Farrugia, Simon Busuttil, Joseph Muscat u Adrian Delia.
Fil-gazzetta se tkunu tistgħu taqraw opinjonijiet mill-Ministru Owen Bonnici, l-MEP Laburista Miriam Dalli, l-Viċi Sindku Nazzjonalista Albert Buttigieg, Ic-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo, d-Deputata Laburista Rosianne Cutajar u naturalment, in-notorju 'Poodle'.
Dwar is-suġġett tistgħu taqraw ukoll intervista fil-forma ta' Mistoqsija u Tweġiba dwar Egrant mal-opinjonisti Manuel Micallef u Josef Lauri.
Imma, mhux Egrant biss....