Tariffi orħos għall-parkeġġ f'Mater Dei
...bdew ukoll studji bil-għan li jiżdied l-ispazji għall-parkeġġ
More in Politika
...bdew ukoll studji bil-għan li jiżdied l-ispazji għall-parkeġġ
Mill-bieraħ dawk kollha li jżuru pazjenti fl-Isptar Mater Dei qed iħallsu inqas meta jipparkjaw fil-parkeġġ tal-istess sptar.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa saħaq kif ir-roħs iwassal sa 60 ċenteżmu skont kemm wieħed idum ipparkjat.
Bħalma kien qabel id-dħul tat-tariffi l-ġodda, għall-ewwel nofsiegħa mhu se jkun hemm l-ebda ħlas.
It-tariffi jibdew mill-ewwel siegħa kif jidher hawn taħt:
Il-Ministeru fakkar li r-rati l-ġodda għall-parkeġġ huma fost tibdiliet oħra li l-Ministeru għas-Saħħa daħħal fil-kuntratt ta’ konċessjoni flok dak li għalaq riċentement u li kien ilu fis-seħħ minn Jannar tas-sena 2008.
Kompla jispjega kif b’riżultat tal-kuntratt il-ġdid il-kuntrattur se jkun totalment responsabbli għat-tmexxija tal-parkeġġ u għall-manutenzjoni tal-apparat kollu konċernat u l-Gvern mhux talli mhu se jkun qed joħroġ flus talli għall-ewwel darba se jkun qiegħed idaħħal il-flus.
Il-kuntratt għat-tmexxija tal-parkeġġ intrebaħ mill-konsorzju KIS Service JV wara sejħa pubblika li għaliha kien hemm erba’ offerti. Il-kuntratt huwa għal ħames snin bil-possibiltà ta’ estensjoni ta’ żewġ perjodi ta’ sena l-waħda u daħal fis-seħħ nhar is-Sibt, 4 ta’ Awwissu, 2018.
Il-kuntratt jipprovdi għal dħul għall-Gvern għall-użu tal-art tal-isptar mill-konsorzju kif ukoll indikaturi tal-prestazzjoni għall-kuntrattur, żewġ miżuri li ma kienux fil-kuntratt preċedenti.
Sadattant il-kuntrattur il-ġdid beda minnufih eżerċizzju biex jiġu identifikati spazji fejn jistgħu jiżdiedu n-numru ta’ parkeġġi.
L-istqarrija ttemm tisħaq li l-isptar Mater Dei qiegħed ukoll f’taħdidiet mal-GWU sabiex impjegati fl-isptar ikollhom rati preferenzjali għall-parkeġġ.