Fi stqarrijja il-grupp #Occupyjustice sostnew illi l-interogazzjoni ta' Ferris li qed issir bħalissa hija "persekuzzjoni politika".
"Minkejja t-talbiet imtennijja ta’ #occupyjustice, il-Pulizija ta’ Malta ma ħadux azzjoni fuq ir-rapporti tal-FIAU li kixfu r-reati ta’ ħasil ta’ flus ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Minflok, il-Pulizija ta’ Malta jidhru akkaniti jiġru wara nies bħall-ex-Spettur Jonathan Ferris li ġġieldu biex sir magħruf is-sewwa f’isem il-ġustizzja."
#Occupyjustice sostniet illi tikkundanna bil-qawwa "din il-persekuzzjoni politika. Din Malta tagħna m’għadhiex tintgħaraf. Għalhekk se nibqgħu niġġieldu għas-sewwa, għall-ġustizzja u għal soċjeta’ ġusta u ekwa. Għax dan hu pajjiżna, din hi darna, u dan hu ġensna. Nippretendu aħjar, jixraqilna aħjar, nesiġu aħjar."
Dalgħodu kien irraputat illi Ferris kien se jkun interrogat, minkejja li hu qal li talab lill-Pulizija jistennew sa' nhar il-Ġimgħa minħabba li l-avukat tigeħu jinsab imsiefer.