Il-Bank Ċentrali jagħti stampa pożittiva tal-ekonomija fl-aħħar xhur
Isemmi t-turżimu u l-qasam tax-xogħol, bir-rata ta' qgħad fost l-inqas li qatt kienet...
More in Politika
Isemmi t-turżimu u l-qasam tax-xogħol, bir-rata ta' qgħad fost l-inqas li qatt kienet...
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat-8 ta’ Awwissu 2018.
F’Lulju, l-Indiċi tal-Bank rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju (Business Conditions Index, BCI) żdied fuq ix-xahar ta’ qabel u kompla jissuġġerixxi kundizzjonijiet aħjar mill-medja. Bl-eċċezzjoni tal-konsumaturi, li fosthom il-fiduċja ekonomika baqgħet stabbli f’livell għoli, is-sentiment ekonomiku żdied, hekk kif ġiet irreġistrata żieda fil-fiduċja fost is-setturi l-oħra kollha.
F’Ġunju, l-attività fit-turiżmu kompliet tiżdied b’ritmu b’saħħtu f'termini annwali. Il-produzzjoni industrijali żdiedet fuq sena qabel, filwaqt li kien hemm tnaqqis fil-bejgħ lill-konsumaturi. Il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol baqgħu favorevoli, bin-numru ta’ nies qiegħda rreġistrati jkompli jonqos u r-rata tal-qgħad tinżel għall-iżjed livell baxx qatt irreġistrat.
F’Ġunju, ir-rata annwali tal-inflazzjoni bbażata fuq l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) telgħet għal 2.0%.
Ir-rata ta’ bidla annwali tad-depożiti fil-banek tar-residenti f’Malta battiet għal 4.5%, filwaqt li t-tkabbir annwali fil-kreditu lil residenti f’Malta aċċellera għal 3.0%. Fir-rigward tal-iżviluppi fiskali, il-Fond Konsolidat ibbażat fuq dħul u nfiq attwali rreġistra defiċit iżgħar meta mqabbel ma’ dak irreġistrat f’Ġunju 2017.