Sewwieq ta' mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku bejn tliet vetturi fl-Imsida.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart fi Triq Marina.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 24 sena, karozza oħra misjuqa minn raġel ta' 33 sena u l-mutur li kien qed jinstaq minn raġel ta' 53 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Għal xi ħin, parti mit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.