L-operaturi responsabbli wkoll biex il-baħar madwarna jkun imħares

L-operaturi (FMAP) jniedu kampanja edukattiva biex jenfasizzaw li anke huma responsabbli għall-ibħra tagħna...

It-tonn; sors ta’ ikel, profitt u xogħol
It-tonn; sors ta’ ikel, profitt u xogħol

L-FMAP (Federation of Malta Aquaculture Producers) nediet kampanja edukattiva fuq il-midja u mezzi soċjali oħra biex tenfasizza li huma wkoll, bħala operaturi fin-negozju tal-akwakultura, għandhom responsabbilità flimkien ma’ ħaddiehor, biex iħarsu l-ibħra tagħna. 

L-FMAP tifhem li għal snin twal, il-prijorità ma kinitx favur ħarsien sostenibbli. Illum, hija tal-fehma li l-futur jesiġi li jkun hawn ħarsien fl-interess ta’ kulħadd. Konxji wkoll li l-ebda attività ma tista' tkun sostenibbli jekk tħalli impatt ħażin fuq l-ambjent naturali. L-FMAP tfakkar li l-attività kummerċjali tgħin biex popolazzjonijiet naturali ta’ ħut ma jonqsux u tipprovdi proteina u ikel lill-komunitajiet diversi f’ħafna partijiet tad-dinja. Apparti li tikkontribwixxi b’mod pożittiv lejn mudell ekonomiku.

Huwa għalhekk li t-tema magħżula hija: 'Baħar wieħed, Baħar tagħna.’

Din il-kampanja qed tistieden ukoll lill-pubbliku biex jikkumenta jew jibgħat l-ilmenti tiegħu permezz tat-telefown.  L-FMAP qed ukoll tipprovdi telefon għal min jixtieq jikkumenta jew jagħmel rapport. Telefon;  21242776

More in Politika