'Il-Maltin kollha fi Tripli jinsabu siguri' - Il-Ministeru

Il-Ministeru qal li qed iżomm kuntatt kontinwu mal-Maltin fi Tripli u qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li minn informazzjoni uffiċjali li kiseb il-Maltin kollha li jinsabu fil-Libja jinsabu tajbin u huma siguri.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li fid-dawl tal-kunflitt li qed jeskala fi Tripli, qed iżomm kuntatt kontinwu mal-Maltin fil-Libja u qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni.

Avża wkoll lil dawk il-Maltin li jixtiequ jagħmlu kuntatt mal-Ministeru dwar din is-sitwazzjoni, jistgħu jċemplu fuq (+356) 21 242 191.

Il-Gvern Libjan iddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif il-ġlied bejnn gruppi milizzji fil-Belt qed jeskala tant li sa issa mietu mal-40 persuna.

Ilbieraħ kien irrappurtat ukoll li waqt il-ġlied, madwar 400 priġunier irnexxielhom jaħarbu mill-ħabs Ain Zara fin-Nofsinhar ta' Tripli.

More in Politika