L-MUT titlaq 'il barra mil-laqgħa...offiża bil-kummenti tal-Prim Ministru

Il-PM Muscat żvela x'inhi l-kundizzjoni ewlenija tal-Gvern permezz ta' kummenti mal-midja...

Il-President tal-MUT Marco Bonnici
Il-President tal-MUT Marco Bonnici

L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) telqet 'l barra mil-laqgħa li kellha mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, dwar il-proposti tal-Gvern fl-Att dwar l-Edukazzjoni. 

Dan ġara hekk kif l-MUT insistiet li l-Prim Ministru kien qed jinforma lill-midja bl-iżviluppi li kienu qed iseħħu waqt il-laqgħa, meta l-laqgħa kienet għadha ma ntemmitx u kien għadu ma ntlaħaqx qbil.

Fil-fatt il-Prim Ministru Muscat, f'kummenti lill-ġurnalisti u fi tweet, qal biss x'inhi l-kundizzjoni ewlenija tal-Gvern, jiġifieri li jekk l-MUT tirtira l-azzjoni, l-Gvern jkun lest li jirtira l-Att proposti u jerġa jpoġġi bilqiegħda mal-unjin biex isiru d-diskussjonijiet meħtieġa

L-MUT ħabbret illi l-istrajk ta' nhar it-Tnejn li ġej se jkompli kif ippjanat. 

Intant il-Ministru Evarist Bartolo, f'kummenti lill-ġurnalisti qal illi l-Gvern xorta se jkun qed jirtira l-Atti proposti u jerġa jmur lura għad-diskussjoni dwarhom. 

Ara hawnhekk x'inhuma r-raġunijiet tal-MUT għall-istrajk

More in Politika