Fearne jammetti li Monte Carmeli qisu 'ta' żmien Charles Dickens'

...iħabbar iżda li beda l-proċess għar-rinovazzjoni totali tiegħu...

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar illi l-isptar Monte Carmeli qed ikun kompletament rinovat, bil-Ministru stess jammetti li l-Isptar kif inhu qisu istituzzjoni fiż-żmien Charles Dickens. 

L-isptar qala' ħafna kritika fl-aħħar xhur, bl-Awditur Ġenerali jgħid illi s-sitwazzjoni infrastrutturali u anke din tar-riżorsi umani hija waħda ħażina ħafna. 

                                                      Aqra hawnhekk x'kien jgħid ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar Monte Carmeli

Dalgħodu Fearne qal li sar stħarriġ tal-isptar kollu u issa se ssir sejħa għax-xogħol li se jsir fih. 

Huwa qal li l-isptar ma jistax jingħalaq minħabba li mijiet ta' pazjenti lanqas biss għandhom fejn imorru, hekk kif għexu fih għal snin  twal. 

Fearne ħabbar ukoll li fil-5 ta' Diċembru se ssir konferenza nazzjonali dwar is-saħħa mentali illi matulha ser issir diskussjoni bi preparazzjoni għall-ewwel abbozz tal-istrateġija nazzjonali  ta' 10 snin dwar is-saħħa mentali. 

 

More in Politika