Huma b'kollox 21,800 dawk iż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-20 sena li bbenefikaw minn trasport pubbliku b'xejn. Dan setgħu jagħmluh wara illi fl-aħħar Baġit kien tħabbar illi t-traport pubbliku se jkun b'xejn għal dawk iż-żgħażagħ kollha ta' dawn l-etajiet.
Din hija l-ewwel tip ta' skema ta' trasport pubbliku b'xejn li qed issir f'pajjiżna bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid illi l-Gvern jixtieq illi t-trasport pubbliku jkun b'xejn għal kulħadd.
Ara hawnhekk l-analiżi tal-gazzetta ILLUM dwar skemi ta' trasport pubbliku b'xejn fi bliet u pajjiżi oħrajn