Tnaqqis qawwi fil-qgħad f'Settembru - Jonqos b'27% mis-sena l-oħra

Tnaqqis ta' 659 fil-qgħad in ġenerali, bil-qgħad fost il-persuni b'diżabilità jonqos b'46 persuna

F'Settembru, n-numri ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 1,813, jiġifieri tnaqqis qawwi ta' kważi 27% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra. Dan huwa tnaqqis pjuttost qawwi u jammonta għal tnaqqis ta' 601 persuna ki kienu qed jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad u 58 fit-Tieni Parti. 

Il-qgħad naqas fost l-etajiet kollha.

In-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw naqsu b'46 persuna meta kkumparat ma-sena l-oħra, biex hemm 244 persuna b'diżabilità li qed tirreġistra.  

 

More in Politika