L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi fetħet libell kontra l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa wara kummenti li għaddha fuqha nhar il-Ħadd li għadda.
Fl-artiklu “Casa’s former aide says EP salaries were inflated,” u li kien ippubblikat fuq il-gazzetta oħt MaltaTodat, Casa jgħid li Marlene Mizzi tikri b’xejn l-uffiċini tagħha mingħand bintha.
L-implikazzjoni kienet li Marlene Mizzi xorta waħda kienet tiġbor il-fondi allokati lilha għal dan il-għan mill-Parlament Ewropew, iżda żżommhom għaliha.
Marlene Mizzi ċaħdet din l-allegazzjoni u ħabbret minnufih li kellha tiftaħ libel lil Casa.