Ċifri ġodda pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru mill-bidu tas-sena sa’ xahar ta’ Settembru it-turisti li ġew Malta ħallew, €1.7 biljun, b’żieda totali ta’ 9.3% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti.
Apparti minn dan, iċ-ċifri wrew li, f’Settembru li għadda wasslu f’Malta aktar minn 279,010 turist. B’żieda ta’ 15.6 % meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti. Filwaqt li żdiedu wkoll it-turisti li żaru pajjiżna minn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea, b’żieda totali ta’ 224,405 jew meta 11.9% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena 2017. Intant iċ-ċifri innutaw kif, l-aktar turisti li ġew Malta kienu dawk fl-età ta’ bejn il-25 sena u l-44 sena (39.5%) u dawk fl-età ta’ bejn il-45 sena u s-64 sena (33%).
Intant, iċ-ċifri juru wkoll żieda ta’ aktar minn 10% fl-għadd ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta u kif kważi nofshom qagħdu f’lukandi varji madwar Malta.