Għall-ħabta tad-8:50 am, il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Reġjonali f'Santa Venera.
Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur tat-tip Kawasaki, misjuq minn raġel ta' 30 sena minn Birkirkara u karozza tat-tip Citroen misjuqa minn mara ta' 33 sena minn Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei u kien ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta.