Ir-raġel li għandu 38 sena jinsab fil-periklu tal-mewt
Raġel ta' 38 sena jinsab fil-periklu tal-mewt waa li tilef il-kontroll tal-vettura u baqa' dieħel f'arblu tad-dawl.
Mar-raġel fil-karozza kien hemm tfajla ta' 28 sena li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30am, fi Triq Sant'Andrija f'San Ġiljan.
Kemm ir-raġel Pakistan u anke t-tfajla Mawritanja ttieħdu immedjatament Mater Dei.
Il-Maġistrat tal-Għassa ħatret inkjesta u l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.