Transport Malta qed tfittex sid ta’ bastiment abbunat mgħerreq ‘il barra minn Paradise Bay.
Fi stqarrija, Transport Malta spjegat kif ma kinitx infurmata b’dan l-inċident mis-sid jew l-operatur, kif mitlub mil-liġi u saret taf biss b’dan ir-relitt minn filmat li ttella’ minn għaddas fuq il-midja soċjali.
Transport Malta rringrazjat lill-għaddas tal-produzzjoni tal-vidjo u ħeġġet oħrajn li jiltaqgħu ma’ irregolaritajiet simili biex jirrapurtawhom.
Il-pubbliku jista’ jikkuntattja lil Transport Malta permezz tal-imejl, [email protected], billi jċempel fuq il-freephone 80072309 jew billi jibgħat messaġġ privat fuq il-paġna ta’ Transport Malta fuq Facebook