Rosianne Cutajar u Ana Gomes f'battalja ta' kliem u theddid

Rosianne Cutajar tirrimarka kif Gomes tiġi f'pajjiżna titkellem dwar il-libertà tal-espressjoni, mbagħad lilha qed tipprova ssikitha

Id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar u l-MEP Portugiża u Soċjalista Ana Gomes jinsabu f'battibekk wara li d-Deputata Maltija għamlet referenza għal artiklu li rabat lil Gomes ma' frodist. 

Gomes fetħet rapport kriminali kontra Cutajar. 

F'risposta, permezz tal-Avukat Edward Zammit Lewis, Cutajar qalet illi l-allegazzjonijiet kollha li saru minn Gomes huma bla bażi u li hi m'għandha xejn x'taqsam mas-sit li tella' l-artiklu.

Cutajar sostniet li għaddiet kumment politiku dwar Gomes li wara kollox hija persuna pubblika u li tgħaddi kumment huwa dritt fundamentali ta' kull ċittadin f'soċjetà demokratika."

L-ittra nnotat kif Gomes ġiet titkellem diversi drabi dwar il-libertà tal-espressjoni u fl-istess ħin qed tipprova tagħlaq ħalq Cutajar. 

Id-Deputata Maltija sostniet li qed tirriserva d-dritt li tibda proċeduri kontra Gomes fuq rapporti foloz u atti abbużivi.

 

More in Politika